Lokali

Roberta Metsola f’laqgħa mal-PM tal-Italja Giorgia Meloni

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tinsab Ruma fejn kellha laqgħa mal-Prim Ministru tal-Italja Giorgia Meloni f’Palazzo Chigi.

Il-President Metsola qalet li matul il-laqgħa ddiskutew il-futur tal-ekonomija Ewropea, l-appoġġ komuni lill-Ukrajna u l-immigrazzjoni. Tul il-laqgħa huma ddiskutew ukoll kif jistgħu jiksbu riżultati konkreti għaċ-ċittadini Ewropej, inkluż it-Taljani.

Il-Prim Ministru Taljana ukoll irreferiet għal-laqgħa li kellhom bejniethom. Fi tweet, Meloni qalet li mal-MEP Maltija kellha diskussjoni wiesa bi tħejjija għall-kunsill Ewropew tal-ġimgħa d-dieħla li se jitlaqqa fi Brussell.

Intant, il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista kienet intervista bi prominenza fuq il-bulettin ewlieni tal-aħbarijiet ta’ Rai Uno.

Illum, Roberta Metsola għandha programm sħiħ ta’ attivitajiet fil-kapitali Taljana.