Il-ġimgħa d-dieħla se tiġi irkantata l-aħħar pittura li qatt għamel Gustav Klimt, pittura li possibilment tkun l-iktar waħda li tiswa’ flus fl-Ewropa.
Fil-fatt, din il-pittura, bl-isem ta’ “Dame mit Facher”, kapaċi jkollha l-valur ta’ €75 miljun. L-irkant se jkun qed isir f’Londra nhar it-Tlieta li ġej.
Il-pittura, li turi ritratt ta’ mara, kienet instabet għand Klimt wara l-mewt tiegħu fl-1918.
Klimt huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar artisti importanti tas-seklu 20.
//= $special ?>