Talanqas 280 immigranti, fl-aħħar sigħat, kienu salvati mill-baħar wara li sabu ruħhom f’diffikultà ‘il hinn mill-Gżejjer Kanarji ta’ Spanja. Dan wara li fis-sigħat ta’ qabel kienu rappurtati l-imwiet ta’ ‘il fuq minn 30 immigrant fl-istess zona ta’ baħar.
Il-gwardjani tal-kosta, intant, evitaw traġedja umana kbira u rnexxielhom isalvaw lill-immigranti li kienu qed jivvjaġġaw bid-dinghies viċin ta’ Lanzarote u l-imsemmija gżejjer – arċipelago fl-Oċean Atlantic.
Numru fost l-immigranti salvati ttieħdu lejn l-eqreb sptarijiet iżda ħadd minnhom ma kien f’periklu tal-mewt.
L-awtoritajiet Spanjoli, fl-aħħar sigħat, irkupraw anki ‘numru ta’ katavri’ mill-baħar’ waqt li kelliema għall-organizzazzjonijiet karitatevoli Walking Borders u Alarm Phone qalu li seta’ kien hemm numru akbar ta’ immigranti fuq id-dinghies milli kien ikkalkulat għall-bidu.
//= $special ?>