Sport Sport Ieħor

Special Olympics World Games: Gareth Borg jirbaħ it-tieni midalja tad-Deheb personali fil-ħames ġurnata

(Ritratt: Matthias Brancaleone)

Fil-ħames ġurnata ta’ kompetizzjoni fi Special Olympics World Games li qed isiru f’Berlin, fiż-żona ta’ Bad Saarow, il-golfer Mark Serge rebaħ midalja tad-deheb fil-kategorija Individual Skills. Serge iddomina din il-kategorija fejn bis-saħħa tiegħu kienet id-disa’ midalja tad-deheb għal Malta f’dan il-Logħob.

Fil-Kategorija tan-Nisa, midalja tal-fidda għal Rebecca Dalli u participation ribbon għal Adam Pisani.

Fil-kompetizzjoni tal-Bocce midalja tal-Bronż għal Nevice Grech li rebħet il-finali għat-tielet post kontra l-atleta ta’ Special Olympics Serbja.

Fiċ-Ċiklizmu, Gareth Borg rebaħ midalja tad-deheb oħra din id-darba meta daħal l-ewwel fil-25 Kilometru Road Race f’49 minuta u 25 sekonda. Borg sar l-ewwel atleta Malti sa issa fi Special Olympics World Games Berlin 2023 li rebaħ żewġ midalji tad-deheb meta iktar kmieni dil-ġimgħa rebaħ il-midalja tad-deheb fil-15km Road Race.

Giuseppina Galea wara li kisbet il-fidda fit-Time Trial ta’ żewġ kilometri, fit- Time Trial ta’ kilometru kisbet it-tieni l-aħjar ħin wara ċ-ċiklista minn Benin. Galea għamlet id-distanza f’2 minuti 47.76 sekondi.

(Ritratt: Matthias Brancaleone)

Tliet midalji mill-Bowling bir-rebħ tal-midalja tad-deheb għal Daniel Grech u Luke Burke fil-Unified Doubles li għelbu fil-finali lill-Maltin Rachel Chircop u Peter Mallia fit-tielet post il-Malasja u fir-raba’ post l-Istati Uniti. Il-midalja tal-fidda l-oħra waslet minn Philip Gruppetta u Amanda Cini fejn tilfu l-finali kontra l-Ġermanja bin-Norveġja ttemm fit-tielet post.

(Ritratt: Matthias Brancaleone)