HITT Academy Tibhar rebħu l-Kampjonat Nazzjonali organizzat mill-Malta Table Tennis Association għall-ħames darba konsekuttiva.
HITT Academy Tibhar immexxija minn Mario Genovese kellhom staġun konsistenti fejn kisbu 11-il rebħa minn daqstant partiti b’total kumplessiv ta’ 61 rebħa minn 67 waħda. Huma għad iridu jilagħbu l-aħħar partita tal-kampjonat bl-għan tagħhom huwa li jiksbu rekord perfett ta’ 12-il rebħa konsekuttiva.
It-tim hu magħmul minn Conrad Puli, Isaac Grixti u l-captain Gabriel Grixti rebbieħ wkoll tal-Kampjonat individwali fl-aħħar żewġ edizzjonijiet u kien membru wkoll ta’ Team Malta fil-Logħob tal-Pajjizi Żgħar Malta 2023.
//= $special ?>