Futbol Sport

AĠĠORNATA: Marcus Thuram jagħżel lil Inter

F’ġurnata ta’trattativi bejn l-aġenti ta’Marcus Thuram f’Milan, l-internazzjonali Franċiż għażel li jkompli bil-karriera tiegħu man-Nerazzuri biex b’hekk il-finalisti tal-UEFA Champions League il-Ġimgħa kkonfermaw żewġ akkwisti importanti. Huwa se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Aktar kmieni Inter laħqu ftehim ukoll mad-difensur ta’ esperjenza Cesar Azpilicueta.

Il-ġlieda bejn Inter u Milan daħlet f’fażi kruċjali l-Ġimgħa filgħaxija

Wara li rrifjuta lil Paris SG u lil RB Leipzig, l-attakkant ta’ 25 sena Marcus Thuram qed jagħżel bejn AC Milan u Inter, bil-belt ta’ Milan jidher li se tkun id-destinazzjoni li jmiss.

Thuram skadielu l-kuntratt ma’ Borussia Mönchengladbach u wara li għażel li ma jġeddux, kienu bosta klabbs li tefgħu għajnejhom fuq l-internazzjonali Franċiż, fosthom iċ-Champions Franċiżi Paris SG li iżda Thuram mill-ewwel irrifjuta.

Fl-aħħar jiem kemm Inter kif ukoll Milan tejbu l-offerti inizzjali tagħhom lill-plejer bit-tama li wieħed minnhom jakkwista s-servizzi tiegħu.