Ftit tal-ħin ilu ġiet fi tmiemha l-elezzjoni li permezz tagħha se jiġu eletti l-membri tal-eżekuttiv tal-partit nazzjonalista. Dan hekk bħalissa għaddej l-għadd tal-voti fejn minn u hawn u ftit ieħor mistennija jkunu magħrufa l-persuni kollha li se jiffurmaw parti minn dan l-eżekuttiv.. bir-riżultat jitħabbar mic-chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN Peter Fenech.
F’din l-elezzjoni ivvutaw 68.4% ta’ dawk eleġibbli li jivvutaw.
Il-votazzjoni fetħet fid-9am, u permezz tagħha se jigu eletti sitt nisa u sitt irġiel. Dawn jingħaqdu mal-4 żgħażagħ u ż-żewġ rappreżentanti minn Għawdex li diġà ġew eletti fl-Eżekuttiv b’mod awtomatiku minħabba li ma kienx hemm ħtieġa ta’ elezzjoni.
Kmieni dalgħodu, fost dawk li xeħtu l-vot tagħhom, kien hemm il-Kap tal-PN Bernard Grech u l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Ivvutaw ukoll il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione u l-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut.
Il-votazzjoni f’Għawdex, fis-sub-headquarters f’Ta’ Sannat ghalqet fit-3pm…filwaqt li l-votazzjoni fid-Dar Centrali tal-PN ghalqet fil-5pm.
Issa, l-attenzjoni iddur fuq il-ġurnata tal-Ħadd…meta fid-9 ta’ filgħodu jingħata bidu għall-Kunsill Ġenerali… bl-istess Kunsill Ġeneral jagħlaq bid-diskors tal-Kap tal-PN Bernard Grech fis-sala tad-Dar Ċentrali.
//= $special ?>