“Il-koperattivi huma ezempju b’saħħtu ta’ kif persuni b’ħiliet differenti jingħaqdu flimkien b’għan wieħed komuni li jistgħu jmexxu ‘l quddiem l-intrapriża tagħhom.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta s-Sibt filgħodu indirizza l-koferenza organizzata mill-Partit Nazzjonalista bit-tema “Il-Koperattivi f’Malta… it-triq ‘il quddiem”.
Bernard Grech qal li s-sitwazzjonijiet u l-isfidi qegħdin dejjem jinbidlu u għalhekk huwa tajjeb li jsiru laqgħat bħal dawn b’mod regolari. Saħaq li filwaqt li tajjeb li wieħed jitkellem dwar tibdil fil-liġi, l-affarijiet iridu jinbidlu wkoll permezz ta’ bidla fil-mentalità, fejn imbagħad tiġi r-rieda politika.
Il-Kap tal-PN qal li huwa biss bil-koperaazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minnha li dan il-pajjiż jista’ jimxi ‘l quddiem. Għax inkella jkollna pajjiż fejn jimxu ‘l quddiem biss dawk li għandhom l-kuntatti u dawk li huma aġevolati. Bernard Grecn qal li l-qofol ta’ kollox huwa li tingħata importanza kbira lilll-valuri.
L-istess konferenza kienet indirizzata mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fejn tkellmet dwar l-importanza tal-għaqda li tissarraf f’opportunitajiet komuni, iktar riżorsi u vuċi iktar soda… bl-Unjoni Ewropea hija eżempju ċar ta’ dan kollu.
Hija qalet li biex ikollok suq miftuħ u kompetittiv jeħtieġ li wieħed jara l-opportunitajiet li għandu quddiemu biex jitjieb il-prodott offrut u jimraħ lil’hinn minn dak li dejjem għamel.
Roberta Metsola temmen li permezz ta’ iktar miżuri u inċentivi, il-koperattivi jkunu jistgħu jaħdmu aħjar u jkomplu jikbru. Saħqet li jekk pajjiżna mhux se jkollu mudell ekonomiku ġdid, se jipiċċa jistaġna u jbatu l-ħaddiema.
Matul din il-konferenza, organizzata mill-Kelliem tal-Oppżizzjoni għall-SME’s, is-self employed u l-koperattivi Robert Cutjar, saru bosta interventi minn rappreżentanti tal-Bord tal-Koperattivi, ta’ Koperattivi Malta, tal-Federazzjoni Maltija tal-Koperattivi kif ukoll tas-Central Co-Operative Fund. Fost it-temi diskussi huma tkellmu dwar x’jistennew il-koperattivi Maltin fl-aġġornament għal-liġi eżistenti dwar il-koperattivi fejn enfasizzaw il-bżonn li tittieħed azzjoni minnufih dwar numru ta’ temi.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm bosta rappreentanti ta’ koperattivi minn kull qasam tas-soċjetà, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione kif ukoll numru ta’ deputati Nazzjonalisti. Fl-istess konferenza twassal ukoll messaġġ mill-General Manager tal-Klabb tal-football ta’ Barcelona, li huwa mmexxi proprju minn koperattiva.
//= $special ?>