Lokali

Il-membri tal-Kunsill Ġenerali jagħżlu lir-rappreżentanti tagħhom għall-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Matul l-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali bit-tema “Niġġeddu għal pajjiżna”, ivvutaw total ta’ 68.4% minn dawk eleġibbli li jivvutaw.

Il-membri eletti huma dawn:

Irġiel: Michael Piccinino, Francis Zammit Dimech, Leone Sciberras, Mario Rosso, Joseph Mark Grech u Michael Fenech Adami.  

Nisa: Veronica Perici Calascione, Roberta Bonello Felice, Michela Dalli, Doris Apap, May Bartolo u Jacqueline Higgins.

Il-Kunsill Ġenerali se jkun qed jissokta għada l-Ħadd, bl-għeluq mill-Kap tal-PN Bernard Grech.