Lokali

L-ADPD tisħaq fuq infurzar effettiv dwar is-sigurtà fl-industrija tal-kostruzzjoni  

Hemm bżonn infurzar effettiv fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni biex iservi ta’ deterrent qawwi għal min lest li jabbuża. Li jiddaħħlu regolamenti ġodda ma jiswa xejn jekk dawn ma jiġux implimentati kif imiss.

Dan kien il-messaġġ li wasslu l-ADPD f’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu quddiem Kastilja dwar l-industrija tal-kostruzzjoni.

L-ADPD qalet li fi tnax-il sena, seħħew 49 inċident li fihom ħaddiema tilfu ħajjithom u ħames każijiet biss ġew konklużi mill-qorti. Saħqu li jiddaħħlu regolamenti ġodda ma jiswa xejn jekk dawn ma jiġux implimentati kif imiss.

L-ADPD qalet li hemm bżonn ukoll li l-industrija tal-kostruzzjoni ma tkomplix tisfrutta lill-vulnerabbli. Fejn ebda permess għal xogħol ta’ kostruzzjoni ma għandu jinħareġ qabel ma jkun hemm ċertezza li r-regolamenti ta’ sigurtà huma mħarsa.

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet huma għamlu referenza għat-traġedja ta’ Jean Paul Sofia fejn staqsew x’inhu jżomm lill-Prim Ministru Robert Abela milli jniedi inkjesta pubblika sabiex fil-futur ikunu evitat li jseħħu traġedji simili.