Għall-ħabta tal-4pm deher nirien quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-BOV f’Santa Venera.
Jidher li skip li tinsab quddiem il-Kwartieri Ġenerali għal xi raġuni ħadet in-nar. Kaġun ta’ dan in-nirien dehret daħna sewda fiż-żona.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ kaġun ta’ dan in-nirien filwaqt li ġie kkontrollat minnufih.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-Pulizija marru fil-post.
//= $special ?>