Fid-9am, fetħet il-votazzjoni li permezz tagħha se jiġu eletti r-rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Minn dawk li kkontestaw, iridu jiġu eletti sitt nisa u sitt irġiel. Dawn jingħaqdu mal-4 żgħażagħ u ż-żewġ rappreżentanti minn Għawdex li diġà ġew eletti fl-Eżekuttiv b’mod awtomatiku minħabba li ma kienx hemm ħtieġa ta’ elezzjoni.
Dalgħodu, fost dawk li xeħtu l-vot tagħhom, kien hemm il-Kap tal-PN Bernard Grech.
Il-votazzjoni f’Għawdex, fis-sub-headquarters f’Ta’ Sannat għalqet fit-3pm…filwaqt li l-votazzjoni fid-Dar Centrali tal-PN tagħlaq fil-5pm.
Ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni mistenni joħroġ illum stess.
Għada mbagħad jiġi fi tmiemu l-Kunsill Ġenerali bid-diskors tal-Kap tal-PN Bernard Grech fis-sala tad-Dar Ċentrali.
//= $special ?>