L-irvell tas-Sibt, fir-Russja, minn Yevgeny Prigozin u l-merċenarji tal-Wagner kien segwit bir-reqqa mit-truppi regolari u riservisti mal-Armata tal-Kremlin u ftit hemm dubju li l-iżviluppi ħallewhom demoralizzati u inċerti mill-futur.
U l-mumenti straordinarji tas-Sibt jistgħu huma biss il-bidu ta’ ġlied intensiv bejn il-gruppi tal-awtorità u entitajiet influwenti rivali f’Moska matul il-jiem li ġejjin – bis-sitwazzjoni tiddependi mit-‘theżżiż’ tal-irvell u l-effetti li se jħalli fuq il-Gvern u l-amministrazzjnoi tal-militar Russu,.
Sadanittant, l-Ukrajna – li l-qawwiet tagħha għadhom għaddejjin bl-offensiva biex jieħdu lura l-artijiet mitlufin lir-Russi — qed tittama li tiggwadanja min-nuqqas ta’ stabbilità fir-Russja.
Dan fost l-istennija li l-Ukreni se jibgħatu ‘tieni mewġa ta’ militar’ biex jirrinfurzaw l-offensiva f’numru ta’ reġjuni ( Ukreni) taħt il-kontroll tar-Russi u fejn għandhom jintużaw ‘il-parti kbira tal-armamenti moderni li l-Ukrajna ngħatat mill-Punent.’
Fl-istess ħin, l-Ukreni jistgħu jiggwadanjaw ħafna mill-fatt li l-ġellieda tal-Wagner għaddejjin minn daqstant kaos u taqlib u wara li l-merċenarji kienu l-aktar qawwa effettiva alleata mal-Kremlin fl-aħħar xhur tal-gwerra.
//= $special ?>