Il-Kunsill Ġenerali kien indirizzat ukoll mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione fejn fid-diskors tiegħu huwa tkellem dwar ir-realtajiet li qed jaffaċċja pajjiżna.. kemm tibdli negattiv iżda wkoll tibdil pożittiv. Huwa qal li pajjiżna diġà inbidel fejn fost l-oħrajn sar tibdli politiku u huwa hawn fejn il-PN irid jagħraf kemm hija kbira r-responsabbili li għandu fuq spallejh sabiex ikun il-vuċi tal-poplu.
Alex Perici Calascione qal li l-PN irid verament jaħdem sabiex jagħti mill-ġdid tama u twemin. Tama u twemmin li pajjiżna jista’ jerġa’ jkun mill-ġdid dak il-pajjiż li jagħti opportunitijiet ta’ xogħol liż-żgħazagħ tagħna.
Saħaq li l-ideat friski li hemm bżonn li jkollna, diġà rajnihom jitwieldu minn dan il-partit… fosthom numru ta’ private members bills.
Huwa qal li li rridu nkunu determinati li ngħixu f’pajjiż li verament fih kulħadd jgħix b’mod dinjituż.
//= $special ?>