Matul il-lejl li għadda telgħet fekruna tal-ilma baħar fuq il-bajja tal-Ġnejna fejn bejtet qalb ir-ramel qabel erħitilha lura lejn il-baħar.
Kienet il-voluntiera ta’ Wildlife Rescue Team Malta, Hayley li matul ronda li saret dalgħodu, innotat il-passi li ħalliet warajha l-fekruna meta telgħet matul il-lejl.
Skont il-proċedura, uffiċjali ta’ ERA ġew notifikati biex jikkonfermaw li fuq il-bajja hemm bejta filwaqt li ġiet protetta biex l-ebda persuna ma tm
Din hi t-tieni bejta fi ftit jiem hekk kif fl-aħħar jiem kienet bejtet fekruna tal-ilma baħar fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, Għawdex.
Ma’ kull bejta li jkollna f’pajjiżna, dan ifisser bżonn ikbar ta’ voluntiera u b’hekk qed tintalab l-għajnuna, b’dawk li lesti jgħinu għandhom jibgħatu email fuq turtle.naturetrust@gmail.com.
