Ġranet ta’ konfużjoni u ta’ minaċċi diretti fi ħdan l-ogħla livelli ta’ rjus u strutturi fi ħdan il-Partit Laburista u dan ħareġ ċar anki mill-messaġġi diretti u indiretti li l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat għamel aktar kmieni din il-ġimgħa quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament (PAC).
Sorsi infurmati fit-Tmexxija tal-Partit Laburista żvelaw magħna li l-messaġġ dirett ta’ Joseph Muscat fil-konfront ta’ Robert Abela hu dak li kemm-il darba dan (Robert Abela) jipprova jarmih, allura hu lest li jmur quddiem l-istrutturi tal-Partit Laburista u jitlob vot ta’ fiduċja biex ikun inkluż fil-lista ta’ kandidati għall-elezzjoni ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla għall-Parlament Ewropew.
Jidher ċar li l-konfront bejn ta’ Robert Abela u ta’ Joseph Muscat – biex ma nsemmux lilhom direttament – issa mhux biss m’għadux aktar fil-moħbi u f’ċerti kurriduri, iżda qed isir dejjem aktar fil-pubbliku… anki fuq il-mezzi soċjali bil-fazzjonijiet rispettivi jattakkaw spiss lil xulxin.
Robert Abela s’issa dahru mal-ħajt u bla ebda azzjoni fil-konfront ta’ ħniżrijiet u l-allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ Joseph Muscat s’issa wasal biss biex ippermetta – fi Frar tas-sena l-oħra – ir-rejd mill-Pulizija fir-residenza f’Burkurrad u fl-Uffiċċju f’Sa Maison tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Mill-bqija xejn aktar konkret minkejja li minn dakinhar ‘l hawn inħarġu diversi fatti xokkanti ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li fihom Joseph Muscat jiffigura bi prominenza.
Quddiem l-għajta dejjem tikber għal azzjoni konkreta fil-ġlieda lill-korruzzjoni u biex il-Pulizija jitħallew jaħdmu bis-serjetà (għalkemm fqira mir-riżorsi umani ta’ kwalità) u biex il-Ġustizzja titħalla libera u ħielsa f’ħidmietha… Robert Abela jaf li mhux biss qed jitlef aktar mill-kredibbiltà tiegħu imma anki l-appoġġ fost dawk li jsostnuh. Ir-riżultati fl-aħħar sħarriġ tal-opinjoni pubblika jikkonfermaw dan kollu u kif Robert Abela qiegħed ikompli jnaqqas.
Fl-isfond ta’ dan kollu d-dikjarazzjonijiet qawwija li għamel Joseph Muscat aktar kmieni din il-ġimgħa meta quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi infexx f’attakk dirett fuq it-tmexxija ta’ Robert Abela u għamilha ċara li kuntrarjament għal dak li qed jiġri llum, Gvern Laburista mmexxi minnu kien jaħdem bħala tim.
Joseph Muscat għamel dik id-dikjarazzjoni diretta mhux b’kumbinazzjoni, iżda għaliex jaf ben tajjeb li Robert Abela qiegħed imexxi tim bażwi li hu nieqes mhux biss minn elementi tajbinu ta’ kwalità iżda anki li fi ħdanu stess – kemm fil-Kabinett u anki fil-Grupp Parlamentari Laburista – għandu diversi li huma direttament kontra tiegħu u jogħxew isibu l-okkażjonijiet biex jimminawh.
Joseph Muscat jaf li Robert Abela waħdiet għandu min hu/hi tassew leali lejh. Ma jistax jafda lil kulħadd. Joseph Muscat jipparaguna lil Robert Abela ma’ bastiment bl-ilma dieħel ġewwa fih… raġel b’idejh marbuta għaliex ta’ madwaru jafu wisq dwaru!
B’Robert Abela jnin u sejjer lura kuljum fir-rigward tal-popolarità, ta’ Joseph Muscat jirrikorru għall-midja soċjali u jagħmlu wirja ta’ saħħa. Kif jixhdu dawn il-kummenti li slitna f’dawn il-jiem:
Cini LuAna: Rajna ġid kbir taħt gvern immexxi minnek u għadna ingawdu l-frott! Kont qrib in-nies mhux bil-paroli imma bil-fatti! Saħansitra bgħattlek email personali, sa siegħa wara kont ga ktibtli lura! Bħalek ma jkollna qatt!
Willy Stephanie Mallia: Tlaqt int u s-serħan tal moħħ sparixxa. Kulħadd kien kuntent u konna qed ngħixu komdi. Sfortunatament issa erġajna morna mitt sena lura u l-Partit li tant inħobbu qed jitratta ta’ żibel lilna l Maltin.
Gejtu Mercieca:Tal-inqas int kont tagħti kasna. Illum Ministri li nsew min tellagħhom u kibritilhom rashom.
Paul Casha: Inħoss li ġejja xi maltempata għax meta jitkellem Joseph Muscat jiċċaqlaq il blat.
Carmen Robinson: Il-Gvern immexxi minnek kien jaħdem bħala tim biex taħtfu kollox taħt idejkom, biex issiru multi-miljunarji! Illum kollha li inthom sirtu miljunarji minn fuq il-poplu Malti! Thalltu fil-politika għall-gwadann tagħkom u mhux għax ridtu sservu lil poplu!
Noe Agius: Jien minn dejjem emmint fik il king tagħna.
Robert Camilleri: Mela mhux bħalma għandna illum għax qishom l-aAllat ta’ Apollo fl-attitudni u l-pożi biss.
Miriam Axisa Camilleri: Il poplu Malti għandu għax jgħid grazzi lilek għax wara l-Covid, allaħares ma kontx int għax kieku kulħadd jitkarrab għarkupptejh qiegħed. Grazzi king
Antonella Agius Micallef: Invictur. Għal dejjem f’qalbna. Illum reġgħu wrew biċ-ċar li għadhom imweġġgħin u għalhekk m’huma se jaħfrulek qatt.
Godfrey Darmanin: Kuraġġ, Dr Muscat. Inti dejjem kont emmnut u tibqa’ għax inti dejjem ħdimt biex Malta tiġi aħjar u dejjem ħdimt għal kulħadd… xjuħ, kbar, żgħir u Malta kollha rat kollox aħjar b’dak li ħdimt inti għalina. Grazzi u ibqa’ ġġilied biex tieħu dak kollu li ħaqqek.
Vince Farrugia: Eżatt. Taħtek konna rasna mistrieħa biex bħalissa qed induru għaż-żgħir. Missejna l-qiegħ.
Michael Calleja: Dak li bnejt int Dr Muscat dawn ta’ llum waqqgħuh fi ftit żmien. Speċjalment is-Soċjaliżmu. Balla puppaturi fuq it-tv biss moħħhom. U addio l-pilastri u s-suldati tal-azzar ta’ dak li darba kien jissejjaħ il-Partit Laburista għax il-poter tela’ għal rashom.
Anton Caruana: Int missek għadek hemm. Il-pajjiż ħassek ferm.
Mizzi Gianluca: Jagħtuk kemm jagħtuk ma jerbħulek qatt. Kona u għadna u nibqgħu warajk.
Rita Farrugia: Int kont li ġibt lil Malta fuq saqajha.
Karen Cutajar: Aħjar għadek hemm għax int kont l-aħjar. U dan nibqa’ ngħidu sa ma mmut/ Tant ma felħux it-tajjeb li għamilt int li raw kif għamlu u niżżluk.
//= $special ?>