Il-31 programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq Net Television huwa l-aħħar wieħed f’din l-iskeda.
Matul il-31 programm filwaqt li saru aktar minn 100 intervista, ingħata tagħrif dwar dak li seħħ fi ħdan 35 assoċjazzjoni nazzjonali tal-isport u fl-aħħar xhur b’enfażi dwar id-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Malta2023
Matul dawn il-31 programm, tlett intervisti esklussivi.
Fl-ewwel parti it-tema prinċipali hija l-waterpolo internazzjonali. Charles Camenzuli intervista lil JOSIP VARVODIC li huwa l-1st Vice-President ta’ LEN , il-federazzjoni Ewropea li tirregola l-isport akwatiku.
Varvodic fl-aħħar xhur kien strumentali fit-tibdil li seħħ fl-amministrazzjoni. Mistieden ukoll MILOS MRACEVIC li huwa membru tal-Bord tal-LEN u fl-istess waqt b’esperjenza fl-amministrazzjoni tal-isport fil-Montenegro.
Fit-tieni parti tal-programm il-mistieden huwa PETER BONELLO. Min huwa midħla tal-isport lokali bla dubju jassoċjah mas-suċċessi miksuba fil-windsurfing fis-snin ’80 b’mod partikolari fl-Olimpijadi ta’ Los Angeles fl-1984 fejn kien temm fid-9 post fil-klassifika ġenerali.
Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia u Bernie Dimech
//= $special ?>