Lokali

“L-għażla hija biss il-Partit Nazzjonalista… fejn flimkien, ħadd ma jibqa’ lura”- Bernard Grech

“F’dawn l-aħħar xhur il-PN wettaq politika ta’ awtentiċità, fejn il-ħidma kompliet tissaħħaħ u komplew isiru kisbiet kbar għal pajjiżna.  Dan kollu juri kemm l-għażla hija biss l-Partit Nazzjonalista… fejn flimkien, ħadd ma jibqa’ lura.”

Kien dan il-qofol tad-diskors li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu indirizza l-Kunsill Ġenerali bit-tema ‘Niġġeddu għal Pajjiżna’.

Bernard Grech qal li l-PN jitkellem dwar il-kwalità tal-ħajja, dwar il-mudell ekonomiku… fejn iktar nies, entitajiet u esperti qed jaqblu mal-politika tal-PN… li jeħtieġ li pajjżna jkollu mudell ekonomiku ġdid.

Huwa qal li m’hemm xejn isbaħ mill-ħajja… għax hija l-ikbar dritt li fuqha jsitrieħ kull dritt ieħor u kien għalhekk li l-PN minn dejjem ħarisha.

Il-Kap tal-PN qal li Malta se tkompli tirbaħ kull meta titħaddan politiku min-nies għan-nies. ta’ kull meta jkun hemm ħarsien tad-drittijiet ta’ kulħadd.