Lokali

L-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

Waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Niġġeddu għal pajjiżna’, id-deputat tal-PN Janice Chetcuti rringrazzjat lill-poplu Malti talli dejjem wera appoġġ lill-Partit Nazzjonalista. Dan filwaqt li rringrażjat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tal-ħidma u s-sapport tiegħu. “Aħna partit sabiħ u kkulurit – u dan kollu qiegħed jiġi rifless fil-politika tal-Partit Nazzjonalista.”

Janice Chetcuri tkelmet dwar l-abbożż tal-Partit Nazzjonalista sabiex l-ambjent isir dritt fundamentali tal-bniedem, u insistiet fuq l-importanza li l-poplu Malti jgawdi ambjent nadif, san u nadif. Id-deputat tal-PN tkelmet ukoll dwar id-drittijiet tal-annimali, u sostniet li l-Partit Nazzjonalista kien pijunier sabiex id-drittijiet tal-annimali jiġu mħarsa, fosthom il-ftuħ taċ-ċentru San Franġisk għall-kura tal-annimali f’Ta’ Qali.

Minn naħa tiegħu, Ċensu Galea insista li huwa importanti ferm li bħala partit nibqgħu niġġeddu u t-twemin tal-Partit inkomplu naġġornawh għal ħtiġijiet tal-lum u ta’ għada.

“Niftakru li qed naffaċjaw Gvern li qed jagħmel minn kollox biex jwassal informazzjoni qarrieqa. Il-Gvern ta’ Robert Abela, permezz ta’ mezzi minn flus dahar il-poplu, qiegħed kontinwament iwassal messaġġ li mhux minnu … iżda l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jaħdem sabiex jwassal il-messaġġ tiegħu u juri lill-poplu Malti li hu differenti mill-Partit Laburista.”

Ċensu Galea qal li t-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista hija xi ħaġa ferm importanti, filwaqt li irringrazzja lil kull min ġie elett fl-eżekuttiv tal-PN u ħeġġiġhom sabiex ikomplu jaħdmu f’għaqda waħda llkoll flimkien.

Joe Zahra tkellem dwar il-problemi li qegħdin jaffaċjaw l-anżjani ta’ pajjiżna … bl-isfida tal-għoli tal-ħajja tibqa’ tkun l-akbar sfida għall-anżjani tagħna u waħda mir-raġunijiet li twassal għall-faqar.

Joe Zahra sostna li l-wegħda tal-Partit Nazzjonalista sabiex il-COLA ma tiġix intaxxata hija inizzjattiva tajba ħafna u tista’ tgħin mhux biss lill-anzjani izda lis-soċjeta’ Maltija kollha.

Joe Zahra appella lill-Gvern sabiex minflok jagħlaq id-djar tal-anzjani bħal ma se jagħmelf’Bormla, il-Gvern għandu jagħti soluzzjonijiet konkreti lill-poplu Malti fil-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja u l-faqar.

Waqt l-intervent tagħha, Nina Briffa tkelmet dwar il-fergħa tal-Partit Nazzjonalista Team Start – fergħa li tilqa’ fiha żgħażagħ il’ fuq minn 16 -il sena.

Nina Briffa tkelmet dwar kif 70% taż-żgħażagħ Maltin iridu jitilqu minn Malta jinsabu mdejqa bis-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna.

Nina Briffa insistiet li l-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku l-Partit f’Malta li lest li jiġġieled għaż-żgħażagħ u jagħti futur aħjar lil pajjiżna b’politika nadifa u kwalità ta’ ħajja aħjar.

Jamie Vella tkellem dwar l-ħidma impenjattiva tal-Forum tal-Partit Nazzjonalista għal opportunitajiet indaqs – sabiex kull persuna tingħata l-opportunitajiet kollha bi dritt.

Jamie Vella tenna li l-Forum Opportunitajiet Indaqs se jkompli jippromwovi d-drittijiet u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilita’, id f’id mal-vizjoni tal-Partit Nazzjonalista li jkollna soċjetà li jimpurtaha.

Marie Claire Zammit tkelmet dwar il-vjolenża domestika fuq in-nisa, peress li l-istatistika turi li huma aktar vittmi nisa li jispiċċaw vittmi ta’ vjolenża domestika.

Marie Claire Zammit appellat lill-Gvern sabiex iżid ir-riżorsi kemm fil-korp tal-pulizija kif ukoll fil-qrati ta’ Malta.

“Il-Partit Nazzjonalista hu partit proattiv, u kontinwament qiegħed iressaq il-proposti tiegħu sabiex itejjeb il-ħajja tan-nies. Nagħlaq billi nagħmel kurraġġ lin-nies. Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn il-kontribut tagħkom għax għall-PN l-ideat tagħkom huma kollha relevanti. Għalhekk ejjew u ngħaqdu magħna ħalli l-PN jkompli jiġġedded.”

Minn naħa tiegħu, Angelo Micallef tenna li l-għan ewlieni tal-Partit Nazzjonalista hu l-iżvilupp tan-nazzjon b’mod l-iktar sħiħ, ġust, demokratiku u sostenibbli għat-tgawdija ta’ kulħadd bil-ħarsien u t-twettiq tal-ġid komuni.

“Il-PN qatt ma beża’ jxammar il-kmiem u anka issa hekk kif fl-aħħar żmien il-PN ressaq abbożż tal-liġi favur l-ambjent.

Angelo Micallef għamel referenża għat-tmexxija tal-labour fejn qed tkompli tirrenja kultura’ ta’ impunità u korruzzjoni f’pajjiżna, iżda bi kliem ta’ kurraġġ, Angelo Micallef ikkwota d-diskors ta’ Eddie Fenech Adami u insista li “s-sewwa se jirbaħ żgur.”

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Toni Bezzina qal li n-nies kontinwament jistaqsu dwar il-ħidma tal-PN, filwaqt li insista li permezz tal-ħidma tal-Partit Nazzjonalista, inkixfet l-akbar serqa mwettqa minn Gvern Laburista – is-serqa tat-tliet sptarijiet, fost numru ta’ skandli li ġew imwettqa mit-tmexxija tal-Labour.

“Sabiex flimkien inkunu nistgħu inkomplu inġġeddu lil pajjiżna, iridu nkomplu nkunu l-vuċi tan-nies u niġbdu ħabel wieħed biex tkompli tikber il-fiduċja tal-poplu Malti fina. Pajjiżna jixraqlu aħjar.”

Minn naħa tiegħu, id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna li l-pajjiżna għandu bżonn iġedded il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna, għaliex Gvern imexxi minn Robert Abela fallieħ.

“Il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna irrizulta f’iffullar f’kull ħin u kullimkien, traffiku staġnat u tkissir fl-infrasstruttura ta’ pajjiżna. Għaldaqstant, pajjiżna għandubżonn aktar minn qatt qabel lil Partit Nazzjonalista fi tmun tat-tmexxija ta’ pajjiżna.”

Beppe Fenech Adami għamel refernża għal dawk iż-żgħażagħ maltin li jridu jitilqu minn Malta sabiex isibu futur aħjatr barra minn xtutna, u għal dawk kollha li m’humiex ilaħħqu mal-ħajja minħabba li l-pagi f’pajjiżna huma baxxi wisq meta jiġu kkumparati maz-zidied fil-prezzjijiet. Huwa għamel refernża wkoll għat-tkissir fl-ambjent imwettqa minn Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela.

“It-triq quddiemna tista’ tidher twila u diffiċli, iżda jien konvint li fliemkien nistgħu naslu. Ejjew inxammru l-kmiem. Ejjew ħalli flimkien niġġeddu. M’aħniex ser naqblu fuq kollox iżda naqblu żgur li iridu l-aħjar għal familji tagħna, għal uliedna u għal pajjiżna. U għaliex naqblu fuq dan ejjew ħalli nkomplu niġġeddu, ejjew ħalli komplu naħdmu u ejjew ħalli nkomplu nistinkaw, għaliex hekk jixirqilhom uliedna u hekk jixraqlu pajjiżna.”

Minn naħa tiegħu, Charles Bonello qal li l-ingredjent prinċipali fl-elezzjonijonijiet tal-kunsilli lokali hija li jkollok kandidatura tajba f’kull lokalità.

Huwa fakkar kif fl-aħħar ġimgħat ġew approvati 159 kandidati ġodda għal dawn l-elezzjonijiet li ser isiru fit-8 ta’ Ġunju 2024, filwaqt li tenna l-appell tiegħu sabiex kull kunsillier, kull membru tal-eżekuttiv u kull ativist fi ħdan il-PN jkompli jaħdem qattiegħ sabiex aktar persuni denji jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista u joħorġu għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Charles Bonello sostna li dan il-proċess juri l-impenn sħiħ tal-Partit Nazzjonalista favur il-lokalitajiet u r-residenti kollha li jgħixu fihom.

Waqt il-Kunsill Ġenerali tkellem ukoll il-Whipp tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, fejn irrefera għall-ħidma parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Cutajar fakkar kif f’Novembru li għadda il-Gvern tal-Labour ipprova jbeżża’ lill-poplu Malti billi qal li l-PN pprova jagħmel spin politiku bl-abbożż dwar l-abort. Iżda Robert Cutajar insista li l-PN huwa l-unika partit li dejjem baqa’ konsistenti favur il-ħajja.

“Aħna konna hemm mill-bidu nett u vvutajna kontra l-abbozz tal-Gvern li ried idaħħal l-abort f’pajjiżna, għaliex aħna dejjem konna favur il-ħajja u ma niddejqux ngħidu li aħna favur ħajjet il-mara u favur ħajjet it-tarbija fil-ġuf. Din ir-rebħa ma kinitx tagħna iżda kienet ukoll ir-rebħa tat-tfal li għadhom ma twieldux. B’dak li ried il-Gvern ta’ Abela, il-ħajja tat-tarbija kienet f’periklu. Dan il-partit huwa l-istrument li riedu nużaw fliemkien fl-interess ta pajjiżna, fl-interess ta’ uliedna u fl-interess tal-familja tagħna.”

Minn naħa tiegħu, is-segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Stefan Caruana sostna li t-tiġġdid ma jfissirx li naqtgħu linja u neliminaw kompletament dak kollu li wassalna s’hawn. “F’dinja fejn is-soċjeta’ dejjem qiegħdha isir aktar passiva, aħna iridu nkunu l-persuni li noffru t-tama lin-nies.”

Stefan Caruana għamel referenża għat-tmexxija ta Gvern Laburista li mhux iħoss il-polż tal-poplu iżda qiegħed jibqa għaddej bl-egoizmu u b’rasu stinata … mingħajr ma jagħti kas il-ħtieġijiet taz-zgħir, il-ħtieġijiet taż-żgħażagħ, il-ħtieġijiet tal-anzjani u l-ħtieġijiet tal-familji tagħna.

Stefan Caruana appella lill-poplu sabiex jieħu azzjoni u jissieħeb mal-Partit Nazzjonalista, għaliex il-Partit Nazzjonalista għandu l-għodda neċessarja sabiex jwelled ħsieb frisk fejn kull sfida jdawwarha f’opportunità.

Minn naħa tiegħu, Joseph Grech irringrazzja lil dawk kollha li urew fiduċja fih u wiegħed li ser inkompli jaħdem għal-ġid tal-Partit Nazzjonalista u għal ġid ta’ pajjiżna, filwaqt li appella lill-poplu sabiex jingħaqad mal-Partit u f’appoġġ sħiħ ikompli jwassal il-messaġġ tal-Partt Nazzjonalista.

“Iridu nagħtu servizz lil pajjiż billi nkompli nmorru fid-djar tan-nies u nkomplu nisimgħu u nkomplu inġġeddu fejn hemm bzonn li inġġeddu. Hemm bżonn ukoll li niftħu l-bibien għal dawk li m’għadhomx juru fiduċja fil-PN u nippruvaw nifhmu għalfejn qed iwasslu dan il-messaġġu, u apparti dan inkelmu lil dawk kollha li ma vvutawx fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.”

Joseph Grech tenna li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jekk kulħadd jifhem x’inhuma s-sagriffiċji mistennija minnhom – niksbu r-riżultati mixtieqa.