Futbol Sport

L-Istati Uniti se tospita l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Clubs bi 32 tim

Il-FIFA ikkonfermat li l-Istati Uniti se jkunu qed jospitaw l- ewwel Tazza tad-Dinja tal-Clubs bi 32 tim fl-2025. Il-President Gianni Infantino qal li din il- kompetizzjoni se tkun il-qofol tal-futbol elite tal-irġiel.

Tnax-il tim Ewropew se jkunu qed jip- parteċipaw f’din l-edizzjoni ġdida tat-Tazza tad-Dinja tal- Clubs, fosthom ir-rebbieħa tal- aħħar tliet edizzjonijiet tal- UEFA Champions League, Chelsea, Real Madrid kif ukoll Manchester City.

Id-dati ta’ meta se jintlagħbu l-partiti għad iridu jkunu ikkonfermati madanakollu l-kompetizzjoni mistennija tintlagħab f’Ġunju. L-Istati Uniti flimkien mal- Messiku, se jkunu qed jospitaw ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-2026.