Lokali Qorti

Mixli li sawwat u hedded lil martu wara li mar id-dar xurban

Raġel ta’ 34 sena mill-Maċedonja residenti San Pawl il-Baħar baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien akkużat bi vjolenza domestika fuq martu meta mar id-dar xurban.

Huwa ġie mixli li t-Tnejn 19 ta’ Ġunju weġġa’ b’mod gravi lil martu, filwaqt heddidha u li ħebb għaliha.

L-Ispettur Colin Sheldon spjega kif dakinhar li seħħ il-każ … l-akkużat irritorna d-dar xurban waqt il-ħin li l-mara bdiet tipprova traqqad lill-wild tagħhom.

Il-ġlieda spiċċat eskalat f’waħda fiżika fejn allegatament l-akkużat beda jiġbed xagħar martu, kisrilha subgħajha u beda jheddidha.

B’konsegwenza ta’ dan … Martu sofriet ksur f’subajha u kellha tagħmel operazzjoni fl-Isptar Mater Dei.

Fil-Qorti ħareġ ukoll illi waqt illi l-mara kienet qiegħda tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei…  ir-raġel tagħha bagħtilha messaġġ u fih kien qalilha li iddispjacih u li kien se joqtol ruħu b’idejh. Eventwalment, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u l-isptar Monte Carmeli fejn inżamm ghal xi zmien.

F’xiehda mimlija emmozzjoni… l-akkużat ma ammettiex għall-ħtija miġjuba kontrih u d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Minn naħa tiegħu, il-prosekuzzjoni imexxija mill-Maġistrat Joseph Gatt ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara, filwaqt illi ordnat lir-raġel sabiex ma jagħmilx kuntatt ma’ martu sakemm jinqata’ l-każ u wissietu li jekk imur kontra din l-ordni jista’ jeħel multa ta’ €7,000, u sentejn priġunerija.