“Filwaqt li għandna Gvern ta’ Robert Abela mifni bi kriżi li ħoloq hu stess, għandna Partit Nazzjonalista li lest ikun Gvern alternattiv li joffri t-tama.”
Kien dan li qal is-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino waqt l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali bit-tema ‘Niġġeddu għal Pajjiżna’.
Michael Piccinino rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod kienu nvoluti fil-proċess ta’ votazzjoni għall-membri tal-Kunsill Ġenerali, sabiex il-Partit Nazzjonalista jkollu sapport għat-tmexxija ta’ pajjiżna.
“Inwiegħed li se hekk kif issa ġejt elett biex nerġa’ nifforma parti mill-Kunsill Ġenerali, sejkompli jaħdem flimkien mal-Kap beix pajjiżna jkollu għażla alternattiva,” qal Michael Piccinino.
Is-Segretarju Ġenerali qal li issa, il-membri kollha eletti jridu jaħdmu flimkien biex titwassal il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għand kulħadd, filwaqt li jkun Partit bil-bibien miftuħin għal kull individwu għall-bidla tant meħtieġa f’pajjiżna.
“Pajjiżna qed isejħilna u huwa fid-dmir tagħna li nwieġbu għal din is-sejħa,” qal Michael Piccinino.
Michael Piccinino qal li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem biex jassigura l-aqwa kandidatura għall-elezzjonijiet li ġejjin is-sena d-dieħla.