Sport Sport Ieħor

Blackball: Ryan Pisani jirbaħ ir-raba’ Ranking Tournament

Ryan Pisani rebaħ ir-raba’ ranking tournament organizzat mill-Malta Blackball Federation meta f’finali miftuħa għal kull riżultat għeleb lil Warren Falzon 10-8.

Falzon iddomina l-ewwel parti tal-partita li kienet waħda pożittiva tant li kien hemm mumenti fejn kien jinsab 6-2 fil-vantaġġ. Madankollu ħarġet id-determinazzjoni ta’ Ryan Pisani li baqa’ dejjem iwettaq reazzjoni fejn fl-aħħar parti tal-finali mar fil-vantaġġ fejn rebaħ 10 – 8.

Sadanittant, matul din il-ġimgħa beda l-ħames ranking tournament li minnu r-rebbieħ jieħu l-punti li eventwalment iservu sabiex jissielet għall-post mat-tim nazzjonali Malti li se jieħu sehem fil-kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball li għandu jsir hawn Malta f’Novembru ta’ din is-sena.