Sport Sport Ieħor

European Games 2023: Eleanor Bezzina ttemm fit-32 post fit-25m Air Pistol

Ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fit-tielet edizzjoni ta’ European Games li qed isiru fil-Polonja.

Wara li fl-ewwel ġurnata t-tiratriċi Eleanor Bezzina ħadet sehem fl-air pistol fuq distanza ta’ 10 metri, bejn ilbieraħ u llum kienet fil-kompetizzjoni fuq distanza ta’ 25 metru fejn temmet fit-32 post fil-klassifika.

Fl-ewwel tlett provi, Bezzina kienet qed taqsam l-ewwel post flimkien mal-Britannika Jessica Kathryn Liddon b’total ta’ 293 punt filwaqt li Olena Kotevych tal-Ukrajna kienet b’292 punt.

F’dawn il-provi, Eleanor Bezzina kellha serje ta’ 96 ; 99 u 98.

Fit-tieni serje Bezzina kienet il-bogħod mir-riżultati tal-ewwel ġurnata fejn għamlet serje ta’ 90 ; 88 u 93 għal total globali ta’ 564.