B’qabda ta’ 1.9kg ta’ Mulett, Alex Genovese kien ir-rebbieħ minn 17-il sajjied li ħadu sehem fit-tieni sajda minn tlieta tal-KSFA Float Fishing League.
Il-qabda ta’ Genovese kienet kważi tliet darbiet il-qabda ta’ Carmel Quatrocchi li ġie fit-tieni post b’0.69 7kg. Kevin Cassar segwa fit-tielet post b’qabda ta’ 0.63kgs ħut.
It-tlett sajjieda ġew ippremjati bi trofej u vouchers li jissarfu għand Angler Thinkfish, l-isponsor ewlieni tal-assoċjazzjoni.
Ħut iżgħar minn 12-il ċentimetru ma ġiex ikkunsidrat u ġie rritornat mill-ewwel fil-baħar, filwaqt li wara li ntiżen, il-ħut kollu ġie rilaxxat lura.
Is-sajda li jmiss hi waħda mistennija, meta jibda l-League tal-Mulett nhar il-Ħadd 9 ta’ Lulju.
