Fis-Centenary Stadium saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Futsal Malta Association li ġabet fi tmiem l-istaġun 2022-23.
Laqgħa Ġenerali Annwali ferm importanti fejn il-membri qablu unanimament li l-president attwali l-Perit Mark Borg iżomm din il-kariga sabiex se jibda r-raba’ terminu tiegħu b’ Dr. Stefan Cutajar u Matthew Borg li wkoll ġew ikkonfermati bħala s-segretarju ġenerali u t-teżorier rispettivament.
Fl-istess Laqgħa Ġenerali rriżulta li hemm ukoll xi uċuh ġodda hekk kif Kurt Rizzo u Nathaniel Jones ġew eletti bħala viċi-presidenti wara li ġiet imressqa u approvata emenda li biha jkun hemm żieda f’dan ir-rwol.
Riżultat ta’ dan, il-viċi-president uxxenti Claudio Azzopardi issa ġie membru onorarju filwaqt li membri oħra ġodda jinkludu wkoll lil David Spiteri, Joe Meilak u Lorraine Zammit li min-naħa tagħha se tkun responsabbli mid-dipartiment tal-futsal tan-nisa.
//= $special ?>