Lokali

Il-bdiewa urtati li l-Pitkalija se tiftaħ f’jum il-festa tal-Imnarja

Wara d-deċiżjoni li l-Ħamis tiftaħ il-Pitkalija b’mod normali, minkejja li hija festa, diversi bdiewa tkellmu ma’ Net News dwar il-fatt li l-awtoritajiet qed ikomplu jinjorawhom. U propju fil-festa tagħhom – l-Imnarja – se jkunu qed jaħdmu.

L-Erbgħa li ġej, il-bdiewa jridu jlestu il-biegħa sabiex sbieħ il-Ħamis fis-2.30am ikunu l-Pitkalija.

Dan ifisser li fil-festa tal-bdiewa – nhar id-29 ta’ Ġunju – il-bdiewa mhux ser ikunu jistgħu jattendu.

Bidwi partikolari li tkellem magħna qalilna li f’każ bħal dan hemm bżonn li jirrenja s-sens komun u mhux l-arroganza. “Aħna żgħar, u ħadd ma jagħti kasna”, qalilna bidwi ieħor li kien tassew frustrat għal din id-deċiżjoni li l-Pitkalija tinfetaħ xorta l-Ħamis.