Futbol Sport

Imut l-eks manager ta’ Skozja Craig Brown

(Ritratt: EPA)

Craig Brown, l-aħħar manager li wassal lit-tim nazzjonali Skoċċiż sal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, miet fl-età ta’ 82 sena.

Brown huwa l-aktar manager li dam imexxi t-tim Skoċċiż, b’71 partita bejn l-1993 u l-2001 li matulhom kwalifika għall-EURO 96 li saru fl-Ingilterra u għat-Tazza tad-Dinja tal-1998 fi Franza.

Huwa kien ukoll parti mill-istaff tekniku ta’ Skozja fit-Tazza tad-Dinja tal-1986 u 1990.

Wara li spiċċa mit-tim nazzjonali ta’ Skozja, Brown kellu esperjenzi oħra ma’ Preston North End u Motherwell qabel ma’ spiċċa l-karriera ma’ Aberdeen fl-2013 biex imbgħad ħa kariga eżekuttiva ma’ Pittodrie.