It-Tlieta saret it-tnedija tal-kalendarju ta’ attivitajiet li Heritage Malta se tkun qed torganizza matul it-tieni nofs ta’ din is-sena, b’enfasi kbira tingħata lil avvenimenti u esperjenzi li se jitgawdew minn nies ta’ kull età. Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tħabbru wkoll l-attivitajiet għall-Programm tas-Sajf tal-Passaport tal-Istudenti.
Il-kalendarju ta’ Heritage Malta għas-sajf u l-ħarifa huwa mmirat għall-pubbliku inġenerali, b’total ta’ 52 attività li jvarjaw minn esperjenzi ta’ tagħlim sa wirjiet.
Dwar dan tkellimna ma’ Amy Briffa, principal officerta’ Heritage Malta.
Din is-sena t-temi tal-attivitajiet f’dan il-programm huma kollha marbutin b’xi mod jew ieħor mal-istorja naturali, u dan peress li din is-sena tfakkar il-50 anniversarju mill-ftuħ tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, li hu popolari ħafna fost it-tfal.
Ma’ Net News, Vanessa Ciantar, Assistant Manager ta’ Heritage Malta għall-Edukazzjoni u Avvenimenti Tematiċi, tkellmet dwar il-Programm tas-Sajf tal-Passaport tal-Istudenti fejn qalet li l-programm hu mmirat biex jolqot il-gosti ta’ studenti ta’ kull età.
Matul din il-konferenza tal-aħbarijiet, kienu preżenti numru ta’ studenti tas-Sitt Sena mill-Iskola Primarja tal-Birgu li ħadu sehem f’attività tipika tal-programm tas-sajf tal-istudenti fejn ħejjew u ħmew il-biskuttini tar-raħal.
Aktar tagħrif dwar il-kalendarju ta’ attivitajiet ta’ Heritage Malta jinsab hawn: https://issuu.com/heritagemt/docs/hm_events_calendar_july-december_.
Il-programm sħiħ tal-istudenti għal dan is-sajf jinsab hawn: https://heritagemalta.mt/whats-on/.
//= $special ?>