L-ex plejer ta’ Napoli Kalidou Koulibaly huwa l-plejer l-iktar riċenti li ddeċieda li jingħaqad ma’ klabb barra mill-Ewropa, speċifikament lejn l-Arabija Sawdija.
Koulibaly sar plejer ta’ Al Hilal li ftit ta’ jiem ilu kkonfermaw ukoll l-akkwist ta’ Ruben Neves minn Wolves għas-somma globali ta’ €55 miljun .
Id-difensur Senagaliż iffirma ma’ Chelsea f’Lulju tas-sena l-oħra, fejn lagħab 32 darba u sab ix-xibka fuq żewġ okkażjonijiet.
Is-somma li se jirċievu l-Blues mistennija tkun ta’ qrib l-€24 miljun.
//= $special ?>