Bħal-lum ġimgħa, jibda jintlagħab l-akbar turnament tal-futbol li qatt kellna f’pajjiżna, il-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena.
Malta se tkun wieħed mit-tmien pajjiżi finalisti ta’ din il-kompetizzjoni, li se tkun qed twassal biex fis-16 ta’ Lulju nsiru nafu min hu l-pajjiż Ewropew champion ta’ taħt id-19-il sena.
Bejn it-3 u s-16 ta’ Lulju se jkunu qed jintlagħbu total ta’ 15-il partita f’erba’ stadiums differenti f’Malta u f’Għawdex.
Malta se tkun qed tilgħab f’Grupp A, fl-istess grupp tal-Italja, Portugall u Polonja.
F’Grupp B, l-erba’ pajjiżi finalisti huma: Iżlanda, Greċja, Norveġja u Spanja.
Forza Malta!