Wara li l-gvern kien kostrett jibdel il-pożizzjoni tiegħu minn waħda favur l-abort għal waħda li tiggarantixxi protezzjoni għall-ommijiet u għat-tarbija fil-ġuf, il-Kumitat Parlamentari għall-Konsiderazzjonijiet tal-Abbozzi approva l-emendi mressqa mill-gvern b’mod unanimu.
Minbarra l-gvern u l-Oppożizzjoni, fil-Kumitat ipparteċipaw numru ta’ rappreżentatnti u individwi fil-maġġoranza assoluta tagħhom mill-gruppi favur l-abort.
Għall-Gvern ipparteċipaw id-deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard u s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg.
L-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mid-deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina, Claudette Buttigieg u Stephen Spiteri. Il-Kumitat kien presedut mid-deputat Laburista Michael Farrugia.
Il-Ministru Jonathan Attard ressaq l-abbozz orġinali u l-emendi li l-gvern issa għamel biex b’hekk ma jiddaħħalx l-abort fil-pajjiż kif kien ippjanafl-ewwel abbozz. Oriġinarjament il-gvern kien ressaq abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu kien se jiddaħħal l-abort taħt diversi ċirkostanzi fosthom jekk l-omm jkollha biss periklu ta’ saħħa.
Dan l-abbozz kien deskritt mill-Oppożizzjoni u mis-soċjetà bħala wieħed ibbażat fuq il-liġi Ingliża li ddaħħlet fl-1967 u li kienet fetħet it-triq biex sal-lum fl-Inilterra saru madwar 10 miljun abort.
Minkejja l-pressjoni li sart mill-Oppożizzjoni u mis-soċjetà, il-gvern baqa’ għaddej bl-abbozz oriġinali u approvah fl-ewwel u fit-tieni stadju fejn id-deputati Laburisti kollha ivvotaw favur.
Quddiem din is-sitwazzjoni, l-gvern kien qed jippjana li jmur quddiem l-istadju finali, dak tal-kumitat parlamentari, biex japprova l-liġi li kienet se ddaħħal l-abort fil-pajjiż.
L-abbozz tal-gvern ġab pressjonijiet kbar fuq il-Gvern Laburista fejn anki l-President tar-Repubblika George Vella nsista mal-gvern li jekk ma jsirux bidliet kbar fl-abbozz riġinali, hu ma kienx lest jiffirma l-liġi. Dan kien joħloq problemi politiċi kbar għall-gvern Laburista.
Quddiem din l-instabbiltà, il-gvern ippospona d-dibattitu fil-kumitat parlamentari għal diversi xhur iżda ma rnexxilux isib soluzzjoni biex ma kellux alternattiva oħra ħlief li, biex jevita problemi politiċi, jbiddel il-pożizzjoni tiegħu u issa se jdaħħal liġi li biha qed ikun speċifikat li t-temrinazzjoni tat-tqala tista’ ssir biss jekk il-ħajja tal-mara tkun f’periklu.
L-ewwel kelliem mill-pubbliku fil-Kumitat kienet iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci li qalet li l-ADPD temmen fid-dikriminalizzjoni tal-abort f’każi partikolari bħal stupru u tqala mhux vijabbli. Hi qalet li din il-liġi hi żblokk żgħir fis-sitwazzjoni u sostniet li l-abort mediku diġà qed isir f’Malta.
Amy Marie Abela, attvista u Soċjalista, qalet li l-emenda hi pass lura u rrakkontat storja ta’ mara kellha bżonn l-abort u sostniet li ħadd m’għandu dritt jagħmel deċiżjoni għall-mara.
Mohammad Ali, mill-MGRM, qal li l-abort hu dritt fundamentali għax skont hu, l-abort hu ‘servizz tas-saħħa’. Hu sostna li din il-liġi mhix se tagħti xi drittijiet fundamentali għaliex id-drittijiet tal-LGBTI huma wkoll drittijiet tan-nisa. Hu qal li fit-Tuneżija, ommu salvat il-ħajjiet għaliex għamlet abort u wara ddeċidiet li jkollha tarbija lilu. Dan minbarra problemi finanzjarzjari u mentali orħa li kellha.
John Ulthouse qal li fl-Irlanda fl-2013 daħħlet il-liġi u semma’ żewġ każi ta’ nisa tqal li ħadu passi kontra l-gvern dwar terminazzjoni tat-tqala. Hu qal li l-abort isalva l-ħajjiet u d-deċiżjoni għandha tittieħed mill-ommijiet u l-konsulenti.
Andrea Dibben, akkademika u membru tal-Women’s Rights, qalet li l-abbozz kellu jgħaddi kif kien preżentat oriġinarjament u sostniet li d-deputati Laburisti kienu semmew każi ta’ saħħa tal-mara biex isostnu l-pożizzjoni tagħhom iżda issa bidlu l-pożizzjoni.
L-emendi saru biex jaġevolaw fazzjoni ta’ professjonisti mediċi biex dawn ikompli jwettqu l-rpattiċi tagħhom. Malta għandha liġijiet tal-Medjuevu, sostniet Andrè Dibben, li akkużat lill-gvern li qed jittradixxi lin-nisa; din hi liġi perikoluża u l-gvern se jkun responsabbli għall-ewwel ħsara li ssir fuq xi mara.
Claira Rohana Cutajar, li identifikat lilha nnfisha bħala Soċjalista, qalet li tinsab imbeżża’ għaliex b’dawn l-emendi ħajjitha se tkun fil-periklu u semmiet każ ta’ mara li skont hi kellha bżonn abort biex issalva ħajjitha u li riedet ittemm it-tqala iktar kmieni.
Christine Cassar, f’isem il-Moviment Graffitti, attakkat b’mod qawwi lill-PN u sostniet li l-PN kien kontra kull żvilupp, hu partit fallut, partit konservattiv, jibża’ jafda u li għadu fuq pedestal ta’ superjorità morali. Hi kkritikat lill-Gvern Laburista u qalet li hu ta’ diżappunt li l-gvern wassal lill-pajjiż s’hawn u staqsiet jekk il-gvern hux qed jibża’ mill-President jew minn elementi oħra.
Il-Professur Isabelle Stabile qalet li din l-emenda tipproteġi biss lit-tobba u sostniet li din hi agħar mil-liġi li ddaħħlet fl-Irlanda. Hi sostniet li n-nisa li se jkunu qed ibatu minn din is-sitwazzjoni se jżommu lill-gvern responsabbli.
Miriam Sciberras, mill-Moviment Life Network, qalet li fl-aħħar 10 snin ma mietet l-ebda mara tqila minħabba terminazzjoni tat-tqala u kompliet li kif inhi issa l-liġi, l-mara se jkollha serħan il-moħħ. Hi sostniet li trabi li jistgħu jitwieldu għandhom jitwieldu u l-vijabbiltà hi marbuta mal-persuna. Issa m’hemmx diskriminazzjoni bejn it-tfal fil-ġuf, sostniet Miriam Sciberras, li kompliet li mhux veru li t-tobba issa se jkollhom idejhom mabuta biex ma jsalvawx lin-nisa.
It-tabib Nathalie Psaila, rappreżantat ta’ Doctors for Choice, qalet li dawn l-emendi jpoġġu l-ħajja tal-mara f’iktar periklu għaliex it-tobba issa għandhom idejhom marbutin minħabba li t-tliet tobba jridu jaqblu bejniethom dwar dak li għandu jsir. Dan hu ħela ta’ ħin għaliex il-mara tista’ tkun qed tmut sakemm isir intervent; kif sar f’każ fil-Polonja. Dawn l-emendi juru li l-mara ssir propjetà tal-gvern meta toħroġ tqila, sostniet il-kelliem, li pproponiet li n-numru ta’ tobba li jiddeċiedu għandu jinżel għal wieħed u biex il-liġi tmur għal dak li kienet qabel.
Maria Pisani, minn Integra, tkellmet f’isem nisa barranin u immigranti, u qalet fir-realtà l-abort qed isir barra minn Malta u għalhekk l-aktar nis avulnerabbli huma sforzati biex jitilqu u jagħmlu abort barra. Din mhix ġustizzja iżda krudeltà, sostniet Maria Pisani.
Il-Professur Marcelline Naudi, mill-Academics for Choice, qalet li din hi sitwazzjoni agħar minn qabel għaliex huma kienu ngħataw ftit tama iżda wara, kollox intefa’ l-baħar. Id-drittijiet tan-nisa u dawk umani qed jingħataw il-ġenb, sostniet Marcelline Naudi, li sostniet li hi tistħi meta l-kollegi barranin jgħidulha li f’Malta ma jsirx abort. Hi qalet li taf deputati li huma favur l-abort iżda mhux lest li jmorru pubbliku bil-pożizzjoni tagħhom.
Id-deputat Laburista u President tal-Kumitat Michael Farrugia qal li dan id-dibattitu se jibqa’ għaddej u jrid jirrispetta l-opinjoni tal-pubbliku.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li mhux il-każ li mara trid tkun f’xifer il-mewt biex ikun hemm intervent u sostna li dawn l-emendi qed isiru biex jassiguraw li l-mediċi jkunu jistgħu jagħmlu l-interventi tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li d-dibattitu kien kemm fil-parlament u kif ukoll fil-pajjiż bil-konklużjoni tkun li dawk li huma favur l-abort kienu qed jiffavorixxu l-introduzzjoni tal-abort waqt li kienu kontra wkoll kienu qed jaqblu li dan kien abbozz li jdaħħal l-abort.
Dan kien punt li sostniet l-Oppożizzjoni fis-sens li dan kien abbozz li se jdaħħal l-abort f’Malta. Kien hemm diskussjoni oħra dwar is-sitwazzjoni attwali fejn id-diskussjoni kellha l-istess konklużjoni, li jiġri x’jiġri fl-aspett legali, ma kienx hemm diffikultà li xi ħadd jispiċċa l-ħabs għax mara tkun slavata.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hu minnu li parti mil-liġi ma kinitx definita, kif hemm f’ħafna ċirkostanzi oħra ta’ liġijiet differenti. Hu sostna li l-PN kien kontra li jiddaħħal l-abort u vvota kontra iżda jekk il-gvern ried biss li dan l-istat ta’ fatt mil-aspett legali jkun rikonoxxut fid-dettal, allura jsiru l-emendi flimkien biex kulħadd ikollu moħħu mistrieħ.
Karol Aqulina qal li kull deputat ipparteċipa tal-PN fid-dibattitu u kompla li illum il-gvern biddel il-pożizzjoni minn liġi li ressaq biex idaħħal l-abort għal sitwazzjoni li tindirizza t-tħassib li kien hemm dakinhar f’każ ta’ mara tqil li tkun fil-periklu li titlef ħajjitha jsir intervent.
Il-PN jilqa’ b’sodifazzjon il-bidla fil-pożizzjoni tal-Gvern din l-emenda setgħet saret fl-ewwel ġurnata tad-dibattitu iżda l-intenzjoni hi li jidħol l-abort. Illum l-intenzjoni inbidlet u għalhekk l-PN se jivvota favur.
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li dan l-abbozz jilleġiżla b’mod iktar b’saħħtu għax għalkemm it-tobba dejjem aġixxew fl-aħjar interess tal-pazjent. Hu qal li l-leġiżlatur jrid jagħmel garanzija favur l-embrijun u spjega li fl-abbozz li kien hemm qabel, ma kienx hemm protezzjoni għall-embrijun u l-protezzjoni tiegħ fil-ġuf.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din l-emenda tassigura li tħares il-mara jekk din tkun f’periklu anki antiċipat ta’ mewt. Aħna rrid nsalvaw il-ħajjiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-konsultazzjonijet mediċi huma normali fil-każi serji biex ikun hemm l-aħjar deċiżjonijiet fil-kura.
Fil-kumitat ma kien hemm l-ebda deputati li ressaq xi emenda minn dawk li pproponew membri tal-gruppi favur l-abort.
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li r-rabja espressa f’dan il-kumitat ġiet għaliex il-Gvern ta l-impressjoni li kien miexi f’direzzjoni favur l-abort u f’din il-liġi iżda spiċċa bidilha. Min-naħa tiegħu l-PN kien konsistenti fil-pożizzjoni tiegħu kontra l-abort. Ħadd mill-gvern issa ma jrid jaċċetta l-emendi tal-gruppi favur l-abort, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
Meta tressqu għall-vot, l-emendi kienu approvati unanimament.
//= $special ?>