Lokali

L-Ombudsman jippreżenta r-rapport annwali għas-sena 2022 lill-Ispeaker

L-Ombudsman l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon, aktar kmieni llum, ippreżenta lill-Ispeaker Anġlu Farrugia r-rapport annwali li jkopri l-perjodu ta’ ħidma minn Jannar sa Diċembru 2022.

L-Ispeaker informa lill-Ombudsman li r-rapport se jkun preżentat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-lum, is-26 ta’ Ġunju 2023.