Sport Sport Ieħor

Moto GP: Bagnaia jirbaħ il-Grand Prix ta’ Assen

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tad-dinja Francesco Bagnaia rebaħ il-Grand Prix ta’ Assen fl-Olanda biex kompla kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-klassifika.

Kien Grand Prix mill-iktar emozzjonanti b’diversi inċidenti. Kif ġara fl-Isprint Race tas-Sibt kien Bezzecchi li kellu bidu tajjeb iżda dan mill-ewwel inqabeż minn Binder.  

Kien Jack Miller li kellu l-ewwel waqgħa u kellu jirtira u dan l-inċident ta l-bidu għal diversi waqgħat oħra fosthom dawk ta’ Fabio Quartararo u Johann Zarco. Vinales wara li kiseb l-aħjar ħin taċ-ċirkwit, sofra hu wkoll waqgħa fit-tmien dawra.

Waqt dawn l-inċidenti kollha kien Francesco Bagnaia li ħa l-kmand tat-tellieqa, filwaqt li Binder u Bezzecchi kellhom taqtiegħa nteressanti biex iżommu t-tieni post wara Bagnaia li qatt ma deher f’periklu li jista’ jitlef l-ewwel post. Finalment Bagnaia rebaħ b’distakk ta’ 1.223 sekondi fuq Bezzecchi, filwaqt li Espargaro kiseb it-tielet post fuq il-podium u Binder kellu jikkunetnta bir-raba’ pożizzjoni.

Fil-klassifika ġenerali Francesco Bagnaia issa għandu 194 punt, vantaġġ ta’ 35 punt fuq Jorge Martin li għandu 159 punt. Bezzecchi issa jinsab fit-tielet pożizzjoni punt i