Eluf kbar ta’ dilettanti tal-mużika kontemporanja ngħaqdu flimkien għall-aħħar lejl tal-Festival ta’ Glastonbury – l-avveniment prinċipali fil-kalendarju tal-kunċerti fir-Renju Unit u li bħas-snin ta’ qabel kien mżewwaq bit-talenti ta’ kull żmien.
Il-Festival, imqassam fuq ħamest ijiem, ittella’ f’Somerset u inkluda l-interpretazzjonijiet live ta’ artisti rinomati bħal Guns N’ Roses, Arctic Monkeys, Lana Del Rey, Blondie u Queens of the Stone Age. Fil-festival spikka wkoll ix-show sorpriża tal-grupp Amerikan, Foo Fighters.
Il-Festival ta’ Glastonbury għalaq b’show mill-pjanist u kantawtur leġġendarju Elton John li għamel id-debutt tiegħu…u dik li ħafna qed iqisu li hi potenzjalment il-prestazzjoni finali tiegħu.
Elton John ta show ieħor stupend mimli bis-suċċessi popolari tiegħu mis-snin 70 sa dawk aktar riċenti. U minkejja t-tħassib dwar saħħtu, Elton John wera vitalita’ u entużjażmu fuq il-palk…liebes ġlekk lewn id-deheb u nuċċali oranġjo..fl-istil uniku tiegħu.
Is-sett kien xhieda tal-wirt leġġendarju ta’ Elton John….li ħalla impatt profond fuq l-udjenza; mument li żgur se jibqa’ jitqies bħala wieħed storiku.
//= $special ?>