Formula 1 Sport

Ryan Renolds u Rob McElhenney jixtru sehem sostanzjali minn Alpine

Is-sidien ta’ Wrehxam FC, Ryan Reynolds u Rob McElhenney saru parti mill-grupp tal-investituri ta’ Alpine li jikkompetu fil-Formula 1.

Renault, li hija l-kumpanija prinċipali li tieħu ħsieb l-Alpine, ħabbru iktar kmieni llum li dawn iż-żewġ stillel ta’ Hollywood saru parti mill-grupp ta’ investituri ta’ Alpine, flimkien ma Otro Capital u RedBird Capital Partners.

Reynolds u McElhenney se jkollhom parti sostanzjali mill-ishma tat-tim, b’kważi 25%, li jammontaw għal madwar €200 miljun.

Alpine jinsabu fil-5 post fil-klassifika ta’ din is-sena.

Din mhijiex l-ewwel avventura ta’ investiment fil-qasam tal-isport għal Reynolds u McElhenney hekk kif huma l-investituri ewliena tal-klabb minn Wales, Wrexham, fejn din is-sena famużament kisbu l-promozzjoni għall-kampjonat Nazzjonali wara 15-il sena nuqqas.

L-avventura ta’ Wrexham hija waħda li qed tintwera ħafna interess minħabba l-atteġjament li għandhom dawn iż-żewġ personalitajiet mal-midja, kif ukoll bl-għajnuna tal-ex goalkeeper tal-Premier League Ben Foster li jagħmel parti mill-iskwadra, fejn anka jiddokumenta l-avventura ta’ dan it-tim fuq il-midji soċjali.