Intemmet l-edizzjoni 2023 ta’ Special Olympics World Games 2023 li saru f’Berlin.
Bilanċ mill-aktar pożittiv għal Malta fejn huwa total ta’ 32 midalja mirbuħa mill-atleti ta’ Special Olympics Malta waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena, dan hekk kif intemm il-logħob deskritt bħala suċċess kbir.
Edizzjoni ta’ sodisfazzjon għall-atleti Maltin, il-kowċis u l-amministrazzjoni ta’ Special Olympics Malta wara li l-atleti Maltin b’kollox rebħu 16-il midalja tad-deheb, 11-il midalja tal-fidda u 5 midalji tal-bronż.
Minn fost it-22 atleta Malti u l-Unified partners, kien hemm żewġ atleti li rebħu tliet midalji tad-deheb personali. Dawn kienu Luke Burke fil-Bowling u Gareth Borg fiċ-ċikliżmu.
//= $special ?>