Sport Sport Ieħor

Tennis: Alcaraz jirbaħ il-Queen’s u jerġa jitla’ fl-ewwel post fir-rankings

(Ritratt: EPA)

Carlos Alcaraz għeleb lil Alex De Minaur 6-4, 6-4 biex rebaħ il-Queen’s Club Tournament f’Londra, tournament klassiku fuq il-ħaxix bi preparazzjoni għat-turnament prestiġjuż ta’ Wimbledon li jibda bħal-lum ġimgħa.

Alcaraz tqanżaħ xi ftit l-ewwel set fejn ma deherx fl-aqwa tiegħu, iżda rkupra sew fit-tieni set fejn iddomina minkejja l-isforzi ta’ De Minaur.

Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa Alcaraz reġa’ tela fl-ewwel post tar-rankings dinjija wara li kien tilef din il-pożizzjoni meta tilef il-final tar-Roland Garos kontra Novak Djokovic.

Alcaraz u Novak Djokovic huma fost l-ikbar favoriti għat-turnment ta’ Wimbledon, it-tielet Grand Slam tas-sena.