Sport Sport Ieħor

Tennis: Elena Rybakina tirtira mill-Eastbourne International

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni ta’ Wimbledon, Elena Rybakina kellha tirtira mill-Eastbourne International minħabba problemi fiżiċi.

Rybakina li tirrapreżenta lil Kazakhstan, minkejja li twieldet fir-Russja, rebħet l-ewwel Grand Slam tagħha s-sena l-oħra, kif ukoll laħqet il-finali tal-Open tal-Awstralja f’Jannar li għadda.

Din mhijiex l-ewwel darba li Rybakina waqfet milli tikkompeti f’kompetizzjoni bħal din hekk kif il-plejer ta’ 24 sena kellha ukoll tirtira mill-Open ta’ Franza minħabba raġunijiet simili ta’ saħħa fiżika.

Rybakina kienet mistennija li taffronta lil Sara Sorribes fil-partita li jmiss.