Sport Sport Ieħor

Tennis: Ostapenko tirbaħ il-Birmingham Classic

Jelena Ostapenko għelbet lis-seed numru wieħed Barbora Krejcikova f’żewġ sets kumbattuti 7-6, 6-4 biex rebħet il-Birmingham Classic, wieħed minn ħafna turnaments li jintlagħab fuq il-ħaxix bi preparazzjoni għat-turnament ta’ Wimbledon.

Kienet finali ferm missielta bejn is-seed numru wieħed u s-seed numru tnejn kif ukoll żewġ eks rebbieħa tal-Open ta’ Franza.

Krejcikova waslet għal din il-finali mingħajr ma kienet għadha tilfet l-ebda set iżda kontra Ostapenko kellha tbaxxi rasha u mhux biss tilfet l-ewwel set iżda tilfet ukoll il-logħba.

Għal Jelena Ostapenko dan kien is-sitt suċċess fil-karriera tagħha, u t-tieni wieħed fuq il-ħaxix wara r-rebħa li kellha f’Eastbourne sentejn ilu.