Sport Sport Ieħor

Tennis: Petra Kvitova tirbaħ l-Open ta’ Berlin

(Ritratt: EPA)

Petra Kvitova, darbtejn rebbieħa ta’ Wimbledon, ippreparat bl-aħjar mod għal dan it-turnament Grand Slam, meta fil-finali tal-bieraħ għelbet lil Donna Vekic biex rebħet l-Open ta’ Berlin.

Għal Kvitova is-suċċess f’Berlin kien il-31 titlu mitbuħ fil-karriera tagħha.
Petra Kvitova rebħet 6-2, 7-6 f’ħin ta’ siegħa u 41 minuta biex rebħet is-sitt titlu tagħha fuq il-ħaxix bis-suċċess ta’ qabel ikun f’Eastbourne is-sena l-oħra.

Bħat-turnaments kollha li intlagħbu matul din il-ġimgħa dawn kienu kollha fuq il-ħaxix fejn it-tennisti kollha jkollhom Wimbledon bħala l-mira tagħhom.

Kvitova hi meqjusa veterana ta’ 33 sena iżda xorta waħda tibqa’ fost l-isfidanti anki f’Wimbledon.
Wara l-final takl-bieraħ li kienet ukoll it-42 waħda għal Kvitova, hi qalet li tieħu gost tilgħab fuq il-ħaxix u li tippjana li terġa’ tieħu sehem is-sena d-dieħla.