Futbol Sport

Andrea Pirlo kowċ ġdid ta’ Sampdoria

(Ritratt: EPA)

Din se tkun it-tieni esperjenza tiegħu ma’ skwadra ewlenija fl-Italja wara li kien mexxa lil Juventus

L-eks rebbieħ tat-tazza tad-Dinja fl-2006 u rebbieħ ta’ diversi unuri ma’ Milan u Juventus Andrea Pirlo, se jkun qed jirritorna bħala kowċ f’pajjiżu.

Wara l-esperjenzi li kellu fis-Serie A ma’ Juventus u fil-kampjonat Tork ma’ Karamguruk, Andrea Pirlo se jkun qed imexxi lil Sampdoria. Wara li l-Blucerchiati temmew fl-aħħar pożizzjoni fis-Serie A, l-istaġun li ġej se jkunu qed jikkompetu fis-Serie B wara nuqqas ta’ ħdax-il staġun.

It-tmexxija ta’ Sampdoria se tkun qed tafda t-tmexxija tal-klabb f’idejn Pirlo bit-tama ta’ ritorn fis-Serie A mill-aktar fis.

Fl-istaġun li Pirlo mexxa lil Juventus, it-tim ikklassifika fir-raba’ post u rebaħ il-Coppa Italia u s-Super Cup Taljana.

Fl-istaġun li għadu kif intemm, Pirlo mexxa lil klabb ta’ Karamguruk u klassifikaw fis-seba’ post.