Sport Sport Ieħor

Darts: Tintlagħab it-tielet ġurnata tal-Kampjonat tas-Sajf

Floriana Ajax Premier Cabs u Tim A Fgura kisbu l-ikbar rebħiet fit-tielet ġurnata tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association.

Fil-fatt fi Grupp B kemm Floriana kif ukoll Fgura rebħu bl-iskor identiku ta’ 6-0 kontra Top Gun Marsa u Duke’s rispettivament.

Sadanittant fi Grupp A, Birgu Boċċi Club u Ħamrun Bayern baqgħu jżommu l-ewwel post wara rebħiet identiċi ta’ 5-1 kontra Fgura Maypole u Leah’s Bar rispettivament.

Floriana MCP jinsabu fit-tieni post wara li għelbu lil PO’s Bar 6-2.

KLASSIFIKA – GRUPP A: Birgu Boċċi Club u Ħamrun Bayern 9 punti kull wieħed, Floriana MCP 6 punti, Fgura Maypole u Leah’s Bar punt kull wieħed filwaqt li PO’s Bar Gudja ebda punt.

KLASSIFIKA – GRUPP B: Floriana Premier CC u Team A Fgura 6 punti kull wieħed, Juventutis Domus 3 punti filwaqt li Duke’s Bar u Top Gun punt kull wieħed.