Sport Sport Ieħor

Ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fit-tielet edizzjoni tal-European Games li qed isiru fil-Polonja

Charles Camenzuli

F’Wroclaw Shooting Centre ingħata bidu għal kompetizzjoni Skeet għat-timijiet.

It-tim Malti kien magħmul minn Clive Farrugia, Marcello Attard u Marlon Attard.

Sitt pajjiżi kkompetew wara li Cipru rtirat. Fl-ewwel serje Malta okkupat is-sitt post flimkien ma’ Czechia b’69 plattina.

Wara t-tieni serje b’71 plattina, Malta telgħet fil-ħames post b’140 plattina għal total ta’ 212 biex falliet il-finali bi plattina kontra l-213 tal-Greċja.

Fil-Jaskolka Arena f’Tarnow, bdiet ukoll il-kompetizzjoni tal-badminton bl-uniku plejer Malti Matthew Abela jiftaħ l-impenji kontra Gergo Pytel tal-Ungerija.

Abela tilef 13-21 u 20-22 .

Fit-tieni partita, illum kontra Christo Popov ta’ Franza tilef f’żewġ sets 21-7 ; 21-5