Il-Malta Handball Association iċċelebrat il-kisbiet ta’ diversi timijiet, uffiċjali, u plejers b’rabta mal-istaġun ta’ handball 2022/23. Avveniment annwali li enfasizza wkoll l-attivitajiet ewlenin organizzati u l-proġetti diversi li saru matul l-istaġun.
Alan Grima, Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Malta Handball Association ippreżenta ċ-ċertifikati lir-referees ġodda kwalifikati li temmew b’suċċess il-Kors tar-Refereeing tal-Livell 1 matul l-istaġun. John Falzon, Segretarju Ġenerali tal-Malta Handball Association ippreżenta ċertifikati lill-kowċis kwalifikati li temmew b’suċċess il-Kors tal-Coaching tal-Livell 1 huwa ippreżenta wkoll rikonxximent lill-koordinaturi tal-Proġett tal-Mini-Handball minn kull klabb u lill-plejers fit-Tim All-Star tan-Nisa.
Il-membri tal-istaff tat-timijiet nazzjonali irġiel u nisa ġew ippreżentati b’apprezzament minn Diogo Castro, Direttur tal-Iżvilupp u Tekniku tal-Malta Handball Association. Ian Psaila, Viċi President tal-MHA ippremja lill-aqwa skorers ta’ kull kategorija, il-Premju Fair Play u l-Premju tal-President.
Il-Kelliem għall-Isport u x-Xandir Pubbliku għal Partit Nazzjonalista Graham Bencini ippremja lill-plejers tal-Men’s All-Star Team u d-Deputat Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta RoseMarie Mercieca ippremjat lil aktar plejers validi għal kategoriji differenti.

















