Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li, minħabba spejjeż dejjem jikbru, il-gvern għandu jgħin lill-festi Maltin billi jidħol fi sħubija mal-għaqdiet li jorganizzawhom.
Fl-Aġġornament tal-parlament Toni Bezzina semma’ l-festa tal-Imnarja u qal li din hi l-festa tal-bdiewa iżda għall-gvern, il-gvern m’għandhomx dritt jiċċelebrawha. Hu qal li din is-sena, l-gvern iddeċieda li se jħalli l-prodotti jidħlu fil-pitkalija l-Ħamis xorta minkejja li din hi festa.
Għalhekk il-bdiewa ma jistgħux jiċċelebraw din il-festa. Dan hu nuqqas ta’ rispett lejn il-bdiewa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hemm kwistjoni oħra dwar il-ħinijiet tal-pitkalija. Hu qal li l-ħinijiet preżenti qed jikkaġunaw poblemi u inkonvinjenzi għall-bdiewa li huma urtati għal din is-sitwazzjoni minħabba li jridu jaħsbu minn kmieni ferm biex idaħħlu l-prodotti fil-pitkalija.
Toni Bezzina tkellem dwar Wied iż-Żurrieq u qal li hemm problemi ta’ nuqqas ta’ parkeġġ u nuqqas ta’ servizz ta’ drenaġġ fiż-żona. Hu appella biex jissolvew dawn il-problemi li issa ilhom snin twal biex ikunu ikkunsidrati. Jeħtieġ li jsir il-parkeġġ taħt l-art fiż-żona fejn waħda mill-problemi hi l-ammont ta’ coaches li kif jinżlu Wied iż-Żurrieq kullimkien ikun imblukkat. Bankina wiesa’ li hemm tista’ tidjieq biex isir parkeġġ għall-coaches.
Dwar in-nuqqas ta’ drenaġġ, Toni Bezzina qal li mhux aċċettabbli li ma jsirx investiment f’main li jsolvi din il-problema. Dwar il-festi, Toni Bezzina qal li l-ispejjeż tant kibru li l-gvern jeħtieġ jintervjeni biex jgħin b’mod dirett għaliex illum festa f’raħal żgħir tiġi tiswa madwar €100,000. Il-gevrn qed jagħti sponsor ta’ miljuni ta’ ewros għal kunċert wieħed iżda mhux jgħin lill-festi; għalhekk jeħieġ li l-gvern jidħol fi sħubija mal-għaqdiet li jorganizzaw il-festi.
//= $special ?>