Justin Schembri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fil-parlament li l-MCAST huwa għal qalb il-PN u sostna li l-liġi li tirregolah għandha tkun liġi denja li ma tiffavorixxi lil ħadd u lil xejn ħlief il-funzjonijiet u l-għanijiet edukattivi f’forom diversi li għalih kien stabbilit l-MCAST aktar minn 20 sena ilu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-importanza ta’ MCAST aktar awtonomu imma fuq kollox li jservi. Dan ma jistax isir jekk ma jkunx hemm liġi li għandha struttura, liġi definita b’obbligi u responsabbiltajiet li jsaħħu l-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-MCAST.
Hu irrikonoxxa x-xogħol siewi li qiegħed isir fl-MCAST ma’ eluf ta’ żgħażagħ fejn qed jagħti diversi opportunitajiet lil żgħażagħ li kieku ma kellhomx iċ-ċans tal-MCAST, kienu jintilfu.
Irridu nfornuh b’aktar riżorsi, fuq kollox ma nistgħux nippretendu li l-MCAST jagħti l-bażi edukattiva lil mijiet ta’ żgħażagħ li wara 11-il sena ta’ skola obbligatorja baqgħu ma laħqux il-livelli mistennija. Għaliex, f’istituzzjoni li llum qed tikber, għad għandna żgħażagħ li jidħlu f’livell 1, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Fl-istess waqt, ejja ma nagħtux setgħat aktar minn kemm għandha tippermetti liġi li għandu jkollna l-għan li ttejjeb l-istituzzjoni, lil min imexxi llum u lil min se jmexxi għada,imma nagħrfu nirrikonoxxu li l-MCAST għandu jkun suġġett għal skrutinju kontinwu, awtonimu skont dan l-abbozz li qed nirreferu għalih u niddiskutu llum.
Meta l-Partit Nazzjonalista welled l-MCAST, kellu viżjoni, ridna nagħtu toroq alternattivi lil dawk li r-rotta universitarja ma kinitx tappella għalkollox għalihom. Ikun xieraq li nsemmi, li b’dan l-abbozz, aktarx, l-MCAST jitlef l-opportunità li jsir università teknika, kif għandu jkun l-għan, u minflok se jibqa’ kulleġġ.
B’università teknika nifhmu bi rwol speċifiku, li ma jkunx qiegħed jidħol f’kompetizzjoni mal-Università ta’ Malta, imma b’direzzjoni aktar favur l-
orjentazzjoni vokazzjonali u teknika. Nifhmu u nirrikonoxxu li dan l-abbozz għandu bħala l-bażi tiegħu, dak li hemm preżenti fil-liġi, bl-emendi li saru fl- 2006. Imma ma nistgħux nalludu lilna nfusna li llum għandna liġi li hija kopja ta’ dak li hemm attwalment, bħalma kien hemm min prova jagħti l-impressjoni.
Justin Schemrb kompla li rridu nemmnu b’konvinzjoni wkoll li jkun hemm obbligi, preskritti u definiti li l-MCAST tassisti bil-miftuħ f’kull investigazzjoni jew awditjar li jkun qed isir fuq l-Istituzzjoni. Hu għamel referenza, għall-każdokumentat fil-Każijiet fil-Qosor tal-Ombudsman tal-2022 li fih huwa evidenti biżżejjed, li l-MCAST mhux dejjem aġġixxiet favur l-interess ta’ trasparenza assoluta, anzi kien hemm aktar minn tentattiv wieħed li fih il-verità kienet oskurata b’intenzjoni.
Ma nistgħu qatt naċċettaw li jkollna istituzzjoni li sal-lum għandha arja ta’ impunità minn ċerti individwi f’karigi għoljin. Ftit tas-snin ilu, taħt Gvern Laburista, taħt ministru differenti, kellna l-President Silvio Debono, li kellu l-obbligi kollha li jsaħħaħ l-operat tal-MCAST, jiftaħ kumpanija privata li toffri l-istess korsijiet tal- MCAST (jekk mhux bl-istess kontenut) u dan bil-barka tal-Gvern.
Ma nistgħu qatt ikollna persuni f’karigi għoljin, bħalma kien Frederick Schembri meta kien huwa stess President, li għax jiġbdu l-attenzjoni lill-Bord tal-Gverntauri minħabba diversi irregolaritajiet, u jitlob li tintrefa’ r-responsabbiltà, ikollu jwarrab hu għaliex ma jsibx min jappoġġja l-intenzjonijiet tiegħu.
Ma nistgħu qatt nkunu f’sitwazzjoni li fiha jkun hemm allegazzjonijiet – veru jew la sal-lum ma aħniex konvinti, fil-każ issa qed nagħti opportunità ġdida to come clean – li l-Prinċipal attwali tal-MCAST ikun qiegħed iservi ta’ konsulent fil-Ministeru tal- Edukazzjoni waqt li huwa fl-istess kariga ta’ Prinċipal, sostna Justin Schembri.
Id-deputat Nazzjonalista rrifera għal individwu li llum huwa fuq il-bord tal-gvernaturi u li huwa inkarigat mill-audits interni. Persuna li għandu jkun awtonomu, ’il fuq mill-istituzzjoni, jagħmel perti integrali minnha. Kif nistgħu qatt naċċettaw lil xi ħadd jawditja u jinvestiga istituzzjoni li jagħmel parti minnha. Aħna mill-MCAST irridu trasparenza, akkontabbiltà, meritokrazija, direzzjoni, viżjoni u futur. l-bordijiet, fl-intier tal-maġġoranza tagħhom, mhux se jibqgħu jiltaqgħu bl-istess frekwenza preċendenti.
Hu staqsa x’inhi r-raġuni, għaliex ser isir hekk, jew diġà qiegħed isir hekk u rridu nakkomodaw prassi li diġà qed isiru meta nbiddlu l-liġi.
L-art li tuża l-MCAST mhix tal-MCAST għaliex l- MCAST ma għandha ebda titolu fuq l-art. Hu mifhum li la darba din qed tissemma’, hemm qbil bejn il-partijiet konċernati biex din l-art kollha li tintuża mill-MCASTtgħaddi f’idejn l-istituzzjoni biex tkun utilizzata skont il-ħtieġa tal-istess istituzzjoni, sostna Justin Schembri.
//= $special ?>