It-Tnejn, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija u l-Intrapriża Mark Anthony Sammut żar il-Malta Trade Fair li qed tiġi mtella’ bħalissa fil-Malta Fairs and Convention Centre f’Ta’ Qali.
Huwa dar l-istands u ltaqa’ mal-eżibituri li qed jipparteċipaw fil-fiera, li tinkludi intrapriżi stabbiliti kif ukoll SMEs, artiġġjana, artisti, bejjiegħa ta’ prodotti lokali, kif ukoll NGOs u għaqdiet volontarji.
Huwa sema’ dirett mingħandhom dwar l-andament tan-negozju u l-isfidi li ħafna intrapriżi qed jiffaċċjaw f’dan iż-żmien partikolari, kif ukoll bosta proposti li huma ressqu li jistgħu jgħinuhom jimxu ‘l quddiem.
Il-Partit Nazzjonalista jkompli jappoġġja kull inizjattiva li ssir biex tgħin lin-negozji Maltin jeżebixxu l-prodotti tagħhom, partikolarment il-bżonn li l-artiġġjanat Malti jkun imbuttat ‘il quddiem sabiex joffri prodotti awtentiċi u ta’ kwalità.
//= $special ?>