Lokali Parlament

Importanti r-relazzjoni bejn l-MCAST u l-industrija

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit tkellem fil-parlament dwar ir-relazzjonijiet bejn l-MCAST u l-industrija u qal li l-MCAST ma tistax tkun f’komeptizzjoni ta’ parti oħra mis-sistema għax ikunu qed jinħlew ir-riżorsi. L-MCAST għndu joffri kurrikuli li jħarsu lejn l-industrija u lejn il-komunità.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-MCAST għandu jirrispondi biex isir sieħeb mas-setturi ekonomiċi u volontarji. Għodda importanti hu l-apprentistat fejn l-industrija ma tiddettax iżda taħdem mal-MCAST biex il-programm tal-apprentistat ikun wieħed ta’ benefiċċju.

L-inċentivi għandhom jiżdiedu biex l-industrija tkun iktar inkoraġġita tieħu l-istuenti għaliex hemm industrija li mhix tieħu biżżejjed studenti f’diversi setturi. Għadu jittejjeb b’mod kontinwu l-kurrikulu biex dan ikun jirrifletti dak li jeħtieġu l-industriji, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Stanley Zammit qal li flok ċentralizzazzjoni fit-tmexxija għandu jkun hemm titjib fis-sistema tal-apprentistat biex jiżdied l-involviment tal-istudenti u tal-industrija. Hu qal li l-akbar problema hi l-frammentazzjoni u sostna li għandha tkun żviluppata komunità attiva ta’ kollaborazzjoni.