Lokali Parlament

Is-sistema tal-ġustizzja f’Għawdex ma taħdimx

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li s-sistema tal-ġustizzja f’Għawdex tinsab fi kriżi akuta u ma taħdimx.

Fil-parlament Karol Aqulina espriema solidarjetà mal-ħaddiema tal-parlament li qed jirreġistraw tilwima industrijali bħall-performance bonus u appella biex din il-problema tissolva kemm jista’ jkun malajr. Din hi kwistjoni li ma kellhiex tqum, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Id-deputat Nazzjonalista qal li f’dan l-abbozz qed jingħad li persuni reġistrati Għawdex li jkunu qed jagħmlu kawżi għad-drittijiet fundamentali jistgħu jagħmlu l-kawżi fil-Qorti ta’ Għawdex. L-Istat għandu jara kif jagħmel biex jagħti aċċess għall-qorti kontra l-ksur tad-drittijiet fundamentali.

Hu qal li ftit snin ilu l-parlament għadda liġi li twaqqaf il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili b’imħallef f’Għawdex. Jirriżulta li ħafna mill-partijiet emendati għadhom mhumiex fis-seħħ għax il-gvern daħal politika bejn kull Ministru għal Għawdex li qed iwaħħluh lil xulxin. Din hi sitwazzjoni inaċettabbli fil-PL stess, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li l-bini tal-qorti ġdid f’Għawdex għadha ma twettqitx.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhux jagħti informazzjoni dwar il-bini ta’ dan il-bini u sostna li l-Ministru tal-Ġustizzja lanqas qed jagħmel reazzjoni dwar meta se jitlesta dan il-qorti. Hu qal li fit-tieni budget tal-gvern Laburista l-Ministru tal-Finanzi kien qal li l-bini tal-qorti f’Għawdex se jibda fl-2014 u li dan se jiswa €12-il miljun.

Minkejja dan, sostna d-deputat Nazzjonalista, fl-2022 l-PL wiegħed li l-gvern se jidentifika sit ġdid għall-Qorti ta’ Għawdex. Jekk hemm bżonn għandu jintervjeni l-Ministru tal-Ġustizzja biex jaqta’ l-piki li hemm bejn il-ministri ta’ Għawdex.

Hu qal li fit-Tribunal Industrijali u fit-Tribunal dwar il-Qsim tal-Wirt ma jsirux f’Għawdex iżda jsiru f’Malta. Fil-ġustizzja f’Għawdex hemm sitwazzjoni diffiċli fejn hemm marixxalli neqsin u l-bini mhux tajjeb u għalhekk jeħtieġ li din is-sitwazzjoni tinħareġ mill-kriżi akuta li tinsab fiha għaliex is-sistema tal-ġustizzja f’Għawdex ma taħdimx.

Karol Aqulina appella biex l-isfidi kbar li hemm u biex mal-Aġenzja għas-Servizzi Legali jkun hemm l-aqwa nies; iżda biex dan isir jridu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-qorti.